Il-Bulgarija fl-għatba taż-żona tal-euro
Il-Bulgarija se jkollha opinjoni, vuċi u vot.
Il-Bulgarija se tissieħeb fiż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2026. Dan huwa tragward storiku għall-pajjiż u opportunità sinifikanti għan-nies u għan-negozji madwar iż-żona tal-euro. It-tranżizzjoni se twassal għal stabbiltà ekonomika akbar, tranżazzjonijiet b’inqas intoppi u integrazzjoni aktar b’saħħitha madwar l-Ewropa. Għall-Bulgarija, l-adozzjoni tal-euro se tgħin biex tibni pedament aktar b’saħħtu għal tkabbir u reżiljenza fit-tul.
Bidla tista’ ġġib magħha mistoqsijiet u tħassib. Madankollu, il-BĊE u l-awtorità nazzjonali qegħdin jaħdmu mill-qrib ma’ xulxin biex jiżguraw li t-tranżizzjoni tkun bla intoppi għal kulħadd, b’ippjanar attent u b’fokus qawwi fuq l-istabbiltà tal-prezzijiet.
Rata ta’ konverżjoni
BGN 1.95583 = EUR 1
Aqra aktar