Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Settembru 2025
X’inhuma l-punti ewlenin?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Żammejna r-rati ewlenin tal-imgħax tagħna mhux mibdula
Għamilna dan minħabba li l-inflazzjoni hija mistennija li tistabbilizza ruħha madwar il-mira tagħna ta’ 2%.
X’inhu għaddej fl-ekonomija?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Wara bidu b’saħħtu għas-sena, l-ekonomija issa qiegħda tnaqqas fir-ritmu...
Tariffi ogħla, euro iktar b’saħħtu u kompetizzjoni minn pajjiżi oħrajn għandhom il-piż tagħhom fuq in-negozji - anki jekk il-ftehimiet kummerċjali reċenti naqqsu xi ftit mill-inċertezza.
...Iżda hemm momentum għal tkabbir iktar b’saħħtu quddiemna
Ħafna nies għandhom xogħol u ħafna kellhom żieda fil-paga. Dan ippermettielhom jonfqu aktar, u żied it-tkabbir ekonomiku. Gvernijiet li jonfqu aktar fuq l-infrastruttura u fuq id-difiża se jappoġġaw ukoll l-ekonomija.
L-inflazzjoni tinsab qrib il-mira ta’ 2% tagħna
Il-prezzijiet tal-ikel qegħdin jogħlew aktar bil-mod u l-prezzijiet tal-enerġija huma aktar baxxi milli kienu sena ilu. Il-pagi ma għadhomx jogħlew daqs kemm kienu. Dan kollu jgħin sabiex l-inflazzjoni tistabbilizza f’madwar 2%.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li l-ekonomija tikber moderatament iżda b’mod kostanti fis-snin li ġejjin
Il-projezzjonijiet għat-tkabbir taż-żona tal-euro fl-2025 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Settembru 2025)
Nistennew li l-inflazzjoni tistabbilizza ruħha madwar il-mira tagħna ta’ 2%
Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro fl-2025 u fis-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Settembru 2025)
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja